Il-kantant u rapper Malti Claude Agius, magħruf aħjar bħala Lapes, qasam messaġġ mill-isbaħ fuq il-midja soċjali ddedikat lis-sieħba tiegħu Nadine Chircop, fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha. F’din id-dedika mimlija mħabba u apprezzament, Lapes iddeskriva lil Nadine bħala n-nofs l-ieħor tiegħu, persuna li b’sempliċi tbissima kapaċi timlih bil-ferħ. Huwa faħħar it-talent kbir tagħha, il-karattru sabiħ tagħha u l-qalb tad-deheb li għandha.
Lapes tkellem ukoll dwar is-sitt snin li qattgħu flimkien, snin mimlija emozzjonijiet, memorji u esperjenzi li għenuhom jikbru kemm individwalment kif ukoll bħala koppja. "Bħala persuna għallimtni ħafna u elevajtni bl-eżempju tiegħek," kiteb Lapes, filwaqt li temm il-messaġġ tiegħu bil-kliem, "Inħobbok immens u grat ħafna li inti parti minn ħajti."
Dedika tassew sabiħa li turi kemm Nadine għandha post speċjali f’qalbu. Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha u nawguraw lill-koppja aktar snin ta’ mħabba u kuntentizza flimkien!
Facebook / Claude Agius