Il-personalita` lokali Marvic, b’qalb maqsuma sellem lill-qattusa tiegħu Bala li ħallietna għall-ħajja ta’ dejjem. Bala kienet qattusa l-ġmiel tagħha, b’pil abjad u għajn waħda skura u oħra ċara.
Hu kitbilha, “Insellem għall-aħħar darba lis-sabiħa Bala tagħna. 19-il sena mill-isbaħ magħha. Bala qasmet il-qawsalla u qieghda f’post fejn nittama li tinsab ma’ Ninae. Aħna qegħdin hawn għal żmien qasir, u l-annimali domestiċi tagħna għal żmien terġa’ iqsar.”
L-annimali domestiċi jsiru prattikament parti mill-familja, u d-dar mingħajrhom tinħass tassew vojta. Nagħtu l-kuraġġ lil Marvic u l-familjari tiegħu f’dan il-mument diffiċli, u nirringrazzjawhom talli provdew lil Bala b’ħajja mill-isbaħ mimlija mħabba u għożża. Tistrieħ fis-sliem.
Facebook / Marvic Cam