“Kburi Bik Talli Għaddejt B’Suċċess Mill-Eżamijiet Tal-Gradwazzjoni Fl-Arkitettura” – Roderick Galdes

Roderick Galdes bi kburija awgura lill-għażiż ibnu Andrew li ftit xhur oħra se jkun qed jiggradwa fl-Arkitettura.

Fuq il-paġna tiegħu kitiblu, “Prosit u Awguri Andrew!  Kburi bik talli għaddejt b’suċċess mill-eżamijiet tal-gradwazzjoni fl-Arkitettura. In-nannu George żgur kien ikun ferm kburi bik kieku għadu magħna. Issa kompli b’din l-istess determinazzjoni u passjoni lejn il-professjoni li għażilt. Nawguralek kull suċċess u kuraġġ għal dak kollu li għad irid jiġi.”

Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti pożittivi t’awgurju u kuraġġ lil Andrew. Dawn ir-riżultati huma prova ċara tad-determinazzjoni kbira tiegħu li wasslitu s’hawn. Ninsabu kburin bik Andrew u ħerqanin biex narawk tibda dan il-vjaġġ ġdid fil-karriera tiegħek!

Ritratti:

Facebook / Roderick Galdes

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI