Anna Vella kitbet messaġġ fuq il-paġna tagħha biex tappella għat-talb. Hi spjegat li tinsab inkwetata ferm dwar xi affarijiet.
Kitbet, “Nitlobkom titolbu ftit għalija. L-ewwel u qabel kollox, għax Latoya għadha ma ġietx lura, u min jafni jaf kemm qed tinkwetani. It-tieni... il-plantar f'sieqi x-xellugija qed tmur għall-agħar. Dawn l-aħħar tlett ijiem, kull darba li nqum mis-sodda jew minn bilqiegħda, indum madwar ħames minuti biex inkun nista' nagħmel pressjoni fuqha u nibda nimxi. L-uġigħ huwa qawwi ħafna.”
Żiedet tgħid, “L-akbar biża' tiegħi mhux jien... huma l-qtates. Dan mhux xogħol li tista' tieħu ftit mistrieħ minnu. Huma jridu l-ikel, it-tindif, il-mediċini u l-kura kuljum. Naf li din is-sieq għandha bżonn mistrieħ... imma bħalissa ma nistax nieqaf. Jekk jogħġobkom, itolbu ftit għalija. Nitlob biss li Alla jagħtini s-saħħa biex inkompli nagħmel dak li għandhom bżonn dawn l-anġli. Grazzi minn qalbi.”
Nirringrazzjawha tal-ġid kollu li tagħmel mal-qtates u tal-imħabba infinita li għandha lejhom.
Facebook / Anna Vella