"Insellmu Lil Sr Clotilde Schiavone Li Għaddiet Għall-Ħajja Ta’ Dejjem Illum" – Augustinian Sisters Servants Of Jesus And Mary

Il-paġna Augustinian Sisters Servants of Jesus and Mary fl-aħħar sigħat ħabbret li ħalliet din id-dinja Sr Clotilde Schiavone. Il-kunvent ser jgħożż għal dejjem is-servizz li dejjem tat b’dedikazzjoni u kemm ikkontribwixxiet fit-tmexxija.

“Insellmu lil Sr Clotilde Schiavone li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem illum, 10 ta’ Marzu 2025 fl-età ta’ 96 sena. Sr Clotilde tat is-servizz tagħha bħala edukattriċi għal ħafna snin fl-iskejjel tagħna ġewwa Malta kif ukoll fl-Amerika.”

Il-paġna tkompli, “Għal numru ta’ snin kienet ukoll parti mit-tim ta’ tmexxija tal-kongregazzjoni tas-Sorijiet Agostinjani kemm f’Ruma kif ukoll f’Malta. Sr Clotilde qdiet ukoll ir-rwol ta’ formatriċi għal dawk li jkunu qegħdin fis-snin tal-formazzjoni inizjali u tat sehemha wkoll fl-Arkivju Provinċjali.”

Kwalità oħra li spikkat f’St Clotilde, li l-ġid li għamlet għamlitu mingħajr daqq ta’ trombi. “Grazzi Sr Clotilde tal-ezempju u l-umiltà tieghek. Ha jilqgħek fi ħdanu Dak li sejjaħlek u li tajt ħajtek għaliH.”

Ser tingħata l-aħħar tislima llum 11 ta’ Marzu 2025 fis-14:30 fil-kappella tal-kunvent stess ġewwa l-Mosta. Tistrieħ fis-sliem.





Facebook/ Augustinian Sisters Servants of Jesus and Mary



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI