“Int Kont Barka Prezzjuża F’Ħajjitna” – Omm Ema B’Messaġġ Mimli Mħabba F’Għeluq Sninha

Omm il-kantanta Ema fuq il-mezzi soċjali kitbitilha messaġġ mimli emozzjoni, messaġġ li juri l-imħabba ta’ omm lejn bintha, messaġġ li mess il-qlub ta’ ħafna fuq il-midja soċjali hekk kif Ema tiċċelebra għeluq sninha.



Fost kliem ta’ kuraġġ, omm Ema fakkritha li l-ħajja hija vjaġġ mimli sfidi, ostakli u mumenti ta’ dubju, iżda sostniet li għandha s-saħħa u d-determinazzjoni biex tegħleb kull diffikultà li tista’ tiltaqa’ magħha. “Qatt titlef min int u dejjem ibqa’ leali lejk innifsek,” kitbet ommha, filwaqt li ħeġġitha tibqa’ tiġri wara l-ħolm tagħha u ma tibżax tieħu riskji biex tiskopri l-potenzjal veru tagħha.



Hi ddeskriviet lil bintha bħala “barka prezzjuża” sa mill-mument li daħlet f’ħajjithom, u rringrazzjatha talli għamlet ħajjithom isbaħ u tathom il-privileġġ li jkunu l-ġenituri tagħha. Il-messaġġ intemm b’awguri mill-qalb għal għeluq sninha, flimkien ma’ dikjarazzjoni sabiħa ta’ mħabba lejn bintha.



Awguri mill-qalb Ema! Żgur li se nkompli nisimgħu bik grazzi għat-talent sabiħ li għandek! Nawgurawlek sena mimlija saħħa, imħabba u suċċessi!

Ritratti:

Facebook / Ema

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI