“Meta Nagħżlu Isem Għal Tarbija, Ma Nkunux Qed Nagħżlu Biss Kelma Li Biha Nsejħulha.” – Dr. Nicholas Briffa

Dr Nicholas briffa

Dr. Nicholas Briffa qasam riflessjoni interessanti dwar l-importanza tal-għażla tal-isem tat-tarbija, wara diskussjoni li tqajmet riċentement mill-Isqof t’Għawdex.

Huwa spjega kif l-isem ma jkunx sempliċement kelma li biha nsejħu lit-tifel jew tifla, iżda parti importanti mill-identità tagħhom li x’aktarx se jġorru magħhom tul ħajjithom kollha. Dr Briffa sostna li isem jista’ jirrifletti storja, kultura, valuri familjari jew persuni li l-ġenituri jammiraw.

“Infakkar li meta nagħżlu isem għal tarbija, ma nkunux qed nagħżlu biss kelma li biha nsejħulha. Inkunu qed nagħtuha parti mill-identità tagħha li x’aktarx se ġġorr magħha tul ħajjitha kollha.”

Huwa żied ukoll: “M’hemmx formula perfetta għal isem tajjeb. Iżda hemm valur kbir meta l-għażla ssir b’għaqal, rispett u mħabba.”

Fost il-punti li semma, huwa staqsa jekk l-isem jagħtix sens ta’ identità u appartenenza lit-tifel jew tifla u jekk hux se jservihom tajjeb fil-futur f’kuntesti differenti tal-ħajja.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI