Illum hi ġurnata speċjali immens għal Sefora u għall-familjari kollha tagħha. Fuq il-paġna Diego and Us hi kitbet dwar il-wasla ta’ binha Luca, propju sena ilu.
“LUCA tagħna għalaq sena! Kemm inti tifel speċjali Luca, qatt u qatt ma bsart li stajt nerġa’ nħobb b’imħabba daqstant kbira. Int it-tielet allura ħsibt li ma stajtx nesperjenza emozzjonijiet intensi bħal kif esperjenzajt f’ħutek għax qisu kollox ikun indera.”
Tiddeskrivih bħala tifel kalm u trankwill, bi tbissima li tiġbed lil kull min jiltaqa’ miegħu. Issemmi dwar kemm iħobbuh b’imħabba kbira anke bintha Giulia u binha Diego.
“Grazzi talli ġejt f’ħajjitna Luca, inti wkoll ġejt b’sorpriża imma illum naf kemm kelli bżonnok f’ħajti. Nispera li qalb il-ħafna ġenn u storbju li għandna ġo din id-dar, tħossok maħbub u aprezzat, u fuq kollox ferħan. Inħobbuk b’imħabba tal-ġenn Romblinu tagħna. Grazzi ta dak kollu li INT.”
Xi ġmiel ta’ messaġġ. Awguri mill-qalb Luca!