Wara li lura f’April li għadda l-kantanta lokali Maxine Pace ħabbret fuq il-midja soċjali li hi u l-imħabba ta’ ħajjitha Herbert kienu lesti biex jaslu għal dik il-ġurnata speċjali meta jgħidu s-signor si, ilbieraħtlura, 20 ta’ Ġunju, il-koppja ċċelebrat l-għerusija tagħha.
Maxine u Herbert, li ilhom għarajjes għal diversi snin, issa jinsabu uffiċjalment pass eqreb lejn il-jum meta jibdew il-ħajja miżżewġa flimkien. Huma kellhom l-opportunità li jiċċelebraw dan il-mument tant importanti ma’ dawk l-aktar għeżież għalihom, fosthom il-familjari u l-ħbieb tagħhom, f’atmosfera mimlija ferħ, mħabba u emozzjoni.
Nawguraw lil Maxine u Herbert kull ġid għal din il-fażi ġdida fil-vjaġġ tagħhom flimkien.
Facebook/ Maxine Pace