It-Temperatura Kapaċi Tinħass Daqs 45°C Skont L-Aħħar Tbassir

Xemx

It-temperaturi fil-jiem li ġejjin mistennija jinħassu aktar sħan milli kien imbassar oriġinarjament, skont rapport aġġornat ta’ sebat ijiem maħruġ mill-uffiċċju meterjoloġiku.

Skont l-aħħar tbassir, it-temperatura li tinħass tista’ tilħaq 45°C nhar il-Ħamis, il-Ġimgħa u t-Tnejn, filwaqt li nhar l-Erbgħa, is-Sibt u l-Ħadd mistennija tinħass daqs 43°C.

Dan ifisser temperaturi li jinħassu aktar sħan meta mqabbla mat-tbassir preċedenti. L-uffiċċju inizjalment kien bassar temperatura massima li tinħass sa 42°C għall-Ħamis u l-Ħadd.

Minkejja s-sħana qawwija mistennija, l-ogħla temperatura attwali fil-jiem li ġejjin hija mbassra li tkun ta’ 37°C, bejn il-Ħamis u t-Tnejn.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI