"Int Tassew Teżor, U Jien Xortija Tajba Li Għandi Lilek. Inħobbok" – Ike Mizzi Jawgura Lin-Nanna Tiegħu F'Għeluq Sninha

Ike Mizzi, artist lokali li rrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision fl-2021 flimkien ma’ Kaya, kiteb messaġġ mill-qalb għal mara speċjali f’ħajtu, li ilha tieħu ħsiebu u tħobbu mill-bidu nett.

“Awguri f’għeluq sninha lill-aqwa nanna! L-imħabba, l-għerf u l-ġenerożità tiegħek tant jagħmlu differenza f’ħajti. Grazzi għal kull storja, kull tgħanniqa, u kull tbissima li qsamt miegħi. Nawguralek sena sabiħa mimlija ferħ, saħħa, u l-imħabba kollha li tant tagħti b’ġenerożità.”

Ike ixerred ritratti flimkien mal-għażiża nanntu għall-okkażjoni. Jagħlaq il-messaġġ tiegħu bil-kliem, “Int tassew teżor, u jien xortija tajba li għandi lilek. Inħobbok.”

Awguri mill-qalb!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI