"Int Twelidt Fil-Karnival, Minn Meta Kont Żgħir Urejt 'L Ommok Li Kont Tħobb Il-Karnival" – Il-Passjoni Li Bdiet Mat-Twelid

Il-karnival hi passjoni ta’ ħafna iżda sfortunatament għal ħafna u ħafna nies, din is-sena ħa jkun karnival b’differenza minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Illum jaħbat ukoll għeluq snin Christian Caruana miż-Żejtun, Christian twieled fil-karnival, illum għalaq 32 sena u l-karnival baqa’ f’qalbu.

Hu jagħti sehem attiv fil-karnival, dan joħroġ ċar fi kliem martu li għaddietlu messaġġ mill-isbaħ f’għeluq sninu. Hi tgħid, “xtaqt inkun l-ewwel waħda li nawgurale… il-ġurnata ta’ għeluq sninek fejn proprju 32 sena ilu kien Sibt il-Karnival. Int twelidt fil-karnival, minn meta kont żgħir urejt ‘l ommok li kont tħobb il-karnival, u meta konna tfal żgħar niftakrek tiżfen u dejjem moħħok fil-kostumi…”

Hi tkompli tgħidlu, “illum li kbirt għandek kumpanija tiegħek u tikkompeti fil-karnival ta’ Malta. Naf li din is sena mhux ħa jkollok il-birthday li tixtieq int għax is-soltu tgawdih jew il-maħżen taħdem fuq xi kostum jew il-Belt imdawwar biż-żeffiena u helpers tiegħek imma din is-sena il-pandemija sfrattatlek kollox.”

Christian jidher li qed jgħaddi din in-namra lil uliedu, “Ninsab ċerta li t-tfal bis-saħħa tiegħek ser tinbet fihom in-namra għall-karnival Malti u fi ftit snin oħra jkunu l-maħżen jaħdmu maġenbek. Awguri f’għeluq sninek u għalkemm din is-sena l-atmosfera hija ferm differenti jien ċerta li f’dan il-jum int xorta se tmur sal-maħżen,” itemm tgħid martu Wendy.

Aħna f’isem Gwida.mt, nawguraw lil Christian l-isbaħ xewqat u ninsabu ċerti li la jgħaddi kollox, kulħadd ħa jkun jista’ jiċċelebra karnival mill-akbar.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI