Il-professur Alan Deidun qasam ritratt fuq Facebook ta’ invażjoni ta’ bram vjola, li ntebħet ġewwa Marsalforn f’Għawdex. L-isem xjentifiku ta’ din il-brama huwa Pelagia Noctiluca.
Dan il-fenomenu beda juri l-ewwel sinjali tiegħu lejn l-aħħar ta’ Marzu u s’issa jidher li m’hemmx lok li tikkalma s-sitwazzjoni.
Il-professur Deidun, irrimarka wkoll li jekk tingidem, fuq it-tingiża għandek tuża taħlita ta’ baking soda u ilma mielaħ tal-baħar.
Oħrajn li kkumentaw fuq l-istess ritratt qalu li nebħu l-istess kreaturi wkoll ġewwa tas-Sliema.
Hemm diversi raġunijiet ghaliex dan qiegħed iseħħ, iżda primarjament ħafna jistqarru li huwa riżultat tal-invażjoni ta’ plastik fl-ibħra.
Facebook / @alan.deidun