Id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali qed jinforma lill-pubbliku permezz tal-paġna ta’ Facebook tiegħu dwar kif tista’ ttejjeb il-ħajja tat-tfal tal-iskola, b’attenzjoni kbira għal saħħithom.
Din il-ġimgħa huma qalu “Naqqas il-piż tal-basktijiet tal-iskola tat-tfal kemm jista jkun, anke billi jieħdu biss magħhom il-bżonnijiet tal-ġurnata.”
L-ikel waqt il-ħin tal-iskola huwa ta’ importanza kbira u b’hekk huma avżaw, “Ipprovdi ikel nutrittiv għat-tfal tiegħek għall-ħin tal-break,” u kif ukoll “Ipprovdi mill-inqas porzjon wieħed ta’ frott u porzjon ta’ ħaxix bħala parti mill-ikel tat-tfal għall-iskola.”
Huwa importanti ħafna li ssegwi dawn il-pariri sabiex tiżgura li s-saħħa tat-tfal tingħata prijorità.
Facebook/Environmental Health Directorate, Malta