Dalgħodu bosta qed jawguraw l-isbaħ xewqat lill-avukat u Membru Parlamentari Alex Perici Calascione, hekk kif hu llum qed jiċċelebra l-età ta’ 63 sena.
Martu fuq facebook tawguralu l-isbaħ xewqat u tesprimi li “jien kburija għal dak kollu li rnexxielek tikseb – grazzi talli tmexxi bl-eżempju, tissaportjana f’kollox u turina l-veru tifsira ta’ xogħol iebes, l-imħabba, id-dedikazzjoni, il-lealtà u l-integrità”.
Alex huwa persuna li ħafna japprezzawh għall-karattru tiegħu, għall-mod kif dejjem juri rispett lejn oħrajn u għall-impenn tiegħu f’dak kollu li jagħmel. Matul is-snin, wera konsistenza u dedikazzjoni f’kull ma jwettaq, u baqa’ dejjem b’qalb tajba lejn dawk ta’ madwaru.
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu u nittamaw li jkollu sena mimlija hena, kuntentizza u mħabba!
Facebook/MP. Alex Perici Calascione