Il-Bulgarija huwa pajjiż li għal fini ta’ kompetizzjoni fil-Eurovision huwa meqjus bħala “pajjiż żgħir” fejn għalkemm kbir fid-daqs u għandu popolazzjoni ta’ aktar minn sitt miljun u nofs ruħ, ir-riżultati fil-Eurovision ma kienux mill-aqwa.
Rebħu l-kompetizzjoni għall-ewwel darba lbieraħ wara 15 attentat. Minnhom ma rnexxilhomx jagħmulha sal-fażi tal-finali 9 darbiet. Rajna d-debutt tagħhom fl-2005 fejn fl-ewwel żewġ parteċipazzjonijiet m’għaddewx għall-finali. Fl-2007 għaddew għall-ewwel darba fejn ġew fil-ħames post. Is-sitt snin segwenti kienu ta’ diżappunt hekk kif m’għaddew qatt għall-finali.
Wara waqfa ta’ 3 snin irritornaw fl-2016 fejn ġew fir-raba post u sussegwentament fit-tieni post fl-2017. Wara dakinhar rajnihom fl-2018 u fl-2021 fejn ġew mal-ewwel ħmistax fiż-żewġ edizzjonijiet. Fl-2022 m’għaddewx għall-finali u ħadu pawża minħabba raġunijiet finanzjarji sal-2026, fejn irritornaw u rebħu l-ewwel darba l-Eurovision.
Rajnihom fil-finali 6 darbiet biss, b’4 minnhom ikunu riżultat mal-ewwel ħamsa tal-edizzjoni.