Ir-Reġina Għandha Bżonnok – Ara Xi Kwalitajiet Qed Tfittex

Il-Palazz ta’ Buckingham qed ifittex biex jimpjega Project Manager tal-proprjeta, il-kandidat ideali jingħata salarju ta’ madwar €55,000 fis-sena. F’avviż li deher fuq is-sit Royal Household, ħarġet din is-sejħa sabiex persuna tkun inkariġata biex tieħu ħsieb il-kuntratturi u l-iskedar tax-xogħol li jrid issir li għandu x’jaqsam mal-monarkija Ingliża ġewwa Londra.

View this post on Instagram

A post shared by The Royal Family (@theroyalfamily) on Jun 17, 2019 at 11:00am PDT

Ovvjament, il-persuna magħżula għandu bżonn jassigura li kollox jimxi mal-pjan inkluż il-famuż baġit li għandu jintefaq fuq kull proġett li jkun għaddej. Dan mhux talli jsir, imma jsir bl-aħjar mod possibli. Ir-reġina ma jistħoqilha xejn aħjar minn hekk. L-avviż jgħid, kull ġurnata hi waħda differenti u bl-isfida tagħha għax il-postijiet huma użati u ħafna skedar u pjanijiet huma l-qofol ta’ kollox.

Fatt ħelu hu li jgħidu li għalkemm huma għandhom il-proċess tagħhom, xorta jemmnu li hemm affarijiet li taf jistgħu jitjiebu. Il-palazz jara dan ix-xogħol bħala opportunità biex dak li jkun jikber! L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar il-Ħadd jiġifieri jekk taf lil xi ħadd li taf ikun interessat fittex infurah għax taf jitlef iċ-ċans li jaħdem għar-reġina!

Instagram / The Royal Family

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI