Illum huwa mument importanti għal ħafna studenti madwar Malta u Għawdex, il-jum tant mistenni tar-riżultati tal-eżamijiet MATSEC wasal. Jekk int wieħed minn dawk li ħadmu bla heda matul l-aħħar xhur, ninsabu ċerti li qed tħoss it-tensjoni.
Ir-riżultati tiegħek se jaslu direttament fuq il-mowbajl tiegħek permezz ta’ SMS mill-Università ta’ Malta. Iva, jista’ jkun mument xi ftit emozzjonanti… forsi b’xi ftit ansjetà wkoll.
Imma ħu n-nifs fond. Qabel ma tiftaħ dak l-SMS, ftakar li int aktar minn numru fuq karta. Ir-riżultat hu biss parti minn dak li int kapaċi tagħmel. Il-ħidma, id-dedikazzjoni, u s-sagrifiċċji tiegħek huma kollha xhieda ta’ kemm għandek potenzjal li tagħmel affarijiet kbar, irrispettivament mir-riżultat li tirċievi llum.
Ikun xi jkun l-outcome, int kapaċi tagħmel affarijiet kbar. Kull triq li tieħu minn hawn ‘il quddiem hija opportunità ġdida għal tkabbir u suċċess.
Nawguraw lil kull min ħa jirċievi r-riżultati llum!