Illejla Josline, Marvic u Ira, tlett parteċipanti mix-xow Big Brother Malta, mistennija jkunu mistiedna waqt BundyTime li se jixxandar illejla fid-20:45.
It-tlett parteċipanti kienu fost l-iżjed favoriti mal-udjenza Maltija hekk kif fil-fatt irnexxielhom iqattgħu numru ta’ ġimgħat fil-villa. Huma wkoll kienu ġew imfaħħra mis-segwaċi għall-personalità pożittiva tagħhom.
Intom se ssegwu BundyTime tal-lejla?
Ritratti: Facebook / BundyTime u Big Brother Malta