Fi tmiem il-ġimgħa, Ira Losco u Sean Gravina laqgħu t-tieni wild tagħhom, it-tarbija Gigi. Illum, il-mamà tat-tnejn il-ġdida qasmet xi ħsibijiet li ħafna mill-ommijiet jirrelataw ukoll.
View this post on Instagram
“Ir-raġel ħa t-tifel żgħir tagħna għal ftit ħin fin-natura lbieraħ. Irrid nammetti li waħda mill-aktar affarijiet iebsa, li jien ċerta li ħafna mill-ommijiet se jirrelataw magħha, hija li tħalli lill-wild l-ieħor tiegħek id-dar, waqt li int qed tieħu ħsieb iż-żieda ġdida fil-familja,” hija qasmet dalgħodu fuq il-midja soċjali.
View this post on Instagram
Hi tistqarr li s-sapport kien wieħed inkredibbli inkluż minn dawk qrib, “Sean kien mill-aqwa, bħall-ġenituri tiegħi u l-ġenituri tiegħu. Kulħadd jagħti daqqa t’id u verament inħossni mbierka u fortunata li jkolli dan. Nirringrazzja lil Alla li kollox mexxa bla xkiel u li stajt inqum dalgħodu u nħossni xi ftit aħjar mill-għodwa ta’ qabel,” tgħid Ira waqt li tirringrazzja lil kull min bagħat xewqat u messaġġi.
View this post on Instagram
Awguri mill-ġdid Ira u Sean.
Facebook / Ira Losco