Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, il-Membru Parlamentari Rebekah Borg qasmet mas-segwaċi tagħha aħbar mill-isbaħ hekk kif riċentament gradwat għas-6 darba, din id-darba laħqet avukat.
Hi qalet, “Is-6 u l-aħħar gradwazzjoni tiegħi … għalissa. Inġinier / Avukat. Ħafna jistaqsuni kif sibt il-ħin biex nistudja waqt li jien deputat, naħdem, miżżewġa u omm … u iva, nsib ħin biex norqod.”
Kompliet billi żiedet tgħid, “Is-sigriet hu l-appoġġ. Ma kienx ikun possibbli nagħmel dak li nagħmel mingħajr l-appoġġ kontinwu ta’ żewġi Jurgen Borg u l-familji tagħna. Minn qalbi, grazzi.”
Facebook/Rebekah Borg