Is-Semifinali Tal-Malta Eurovision Song Contest Se Tkun Qed Tiftaħ Bil-Kanzunetta Bella U Tagħlaq Bil-Kanzunetta Ganador!

Ilbieraħ filgħaxija fuq il-programm Il-Green Room preżentat minn Ron Briffa tella’ l-polza ta’ min se jiftaħ u jagħlaq is-semifinali ta’ nhar il-Ħamis li ġej, hekk kif l-eċċitament jinsab fl-aqwa tiegħu.

Il-lejla se tiftaħ bil-kanzunetta Bella ta’ AIDAN, filwaqt li s-semifinali se tkun qed tagħlaq bil-kanzunetta Ganador ta’ Nathan Psaila. Il-kumplament tal-kanzunetti se jiġu mpoġġija fl-ordni li se jitkantaw mill-produtturi tal-ispettaklu, skont l-esiġenzi tal-kanzunetti u l-istili tagħhom.

Is-semi-finali se ssir fil-MFCC f’Ta’ Qali, u qed twiegħed lejl indimentikabbli mimli mużika, dwal spettakolari u talent ta’ livell għoli. Il-biljetti mexjin ġmielhom, u l-partitarji qed jiġu mħeġġa jassiguraw posthom mill-aktar fis biex jesperjenzaw mill-qrib l-aqwa artisti Maltin live fuq il-palk.

Stennew prestazzjonijiet li jibqgħu mfakkra, atmosfera elettrika u forsi wkoll xi sorpriża wkoll. Kollox jindika li l-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun edizzjoni li tibqa’ tissemmà.

Intom eċċitati għal din is-sena tal-Malta Eurovision Song Contest?







Ritratti:

Facebook / Eurovision Song Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI