Żagħżugħa ta’ 16-il sena ħarġet b’invenzjoni ta’ misluta li mal-ewwel ħarsa tista’ tidher qisha misluta ordinarja iżda fil-fatt hija bil-wisq iżjed minn hekk.
Fil-fatt din il-misluta għandha t-tagħmir teknoloġiku meħtieġ fosthom kamera kif ukoll tracker tal-GPS sabiex jekk il-persuna li tkun qed tilbisha ssib ruħha f’xi periklu, tkun pronta ssejjaħ għall-għajnuna.
Meta ż-żagħżugħa ġiet mistoqsija x’wassalha sabiex toħroġ b’invenzjoni ta’ din ix-xorta, hi spjegat li kisbet l-ispirazzjoni tagħha meta rat kemm tfajliet u nisa madwar id-dinja jsibu rwieħhom f’perikli differenti matul il-ġurnata u saħqet kif din il-misluta toffri soluzzjoni.
Iż-żagħżugħa mill-Afrika t’Isfel spjegat kif b’għafsa waħda fuq din il-misluta, minnufih jittieħed ritratt tal-persuna li forsi tkun qed timponi xi periklu u tieħu ħsieb ukoll issejjaħ għall-għajnuna tal-pulizija.
Instagram / @_bohlalemphahlele