Media Exclusive għadhom kemm ħabbru fuq il-paġna uffiċjali tagħhom ta' Facebook li s-sensiela Torka maqluba għall-Malti, L-Iskoprjun, ser tkun qed tixxandar mill-ġdid fuq TVM.
Huma jfakkru sa fejn waslet l-istorja, fejn Merve żvelat dak li taf, u għaldaqstant l-affarijiet mistennijin jinbidlu. "L-appuntament tiegħek tat-Tnejn filgħaxija reġa' lura!"
It-tieni staġun ta' L-Iskorpjun jirritorna fit-28 ta' Settembru fid-21:15 fuq TVM. Titilfuhx!