Wara tlett xhur ta' sħana tiżreġ u xemx qalila, proprju bħal-lum xahar jasal fi tmiemu s-sajf Malti.
Għal ħafna s-sajf ifisser pawża qasira mill-ħajja mgħaġġla ta' kuljum, hekk kif bosta jieħdu l-opportunità f'dan iż-żmien tas-sena sabiex imorru xi ġurnata baħar, xi tlett ijiem Għawdex, jew inkella forsi anke xi btala. Għall-istudenti, min-naħa 'l oħra, dan l-istaġun ifisser waqfa ta' ftit ġimgħat mill-iskola u l-istress kollu li din iġġib magħha.
Hekk kif fil-21 ta' Settembru jintemm is-sajf u jibda l-istaġun tal-ħarifa, bosta jibdew jistennew bil-ħerqa li jinbidel it-temp u minflok il-qilla tas-sħana, il-gżejjer Maltin jibdew jesperjenzaw xi ħalba tax-xita, ftit frisk, u forsi anke xi maltempata.
Facebook / Malta Info Guide u ChatGPT