"Is-Sitwazzjoni Ta' Bħalissa Hija Differenti Minn Dik Ta' Aktar Kmieni" – Charmaine Gauci

Intervistata mill-ġurnalist Keane Cutajar fil-programm ‘Magħkom’, Charmaine Gauci tkellmet fuq il-pandemija. Filwaqt li irringrazzjat minn qalbha lill-voluntiera li qed jgħinu bis-sħiħ f’din is-sitwazzjoni qalet li, “Din is-sitwazzjoni ta’ bħalissa hija differenti minn dik ta’ aktar kmieni”.

Dan għaliex fix-xitwa in-nies kienu joqgħodu ġewwa waqt li fis-Sajf hu normali li wieħed joħroġ u jieħu pjaċir. Għalhekk importanti li jiżdied il-contact tracing. Fuq l-App li tkellmu fuqha aktar kmieni, il-Professur tas-saħħa pubblika Charmaine Gauci qalet li qed iħaffu l-proċess sabiex ikunu jistgħu jibdew jużawha.

Charmaine Gauci tenniet il-messaġġ biex wieħed jibqa’ san, “Il-kunċett ta’ Stay Safe għadu hemm u għandna dejjem niftakru fil-prinċipji ta’ dan il-virus”. Charmaine għalqet l-intervista billi ħeġġet lil kulħadd sabiex, “Jiproteġi lilu nnifsu u dak li hemm madwaru. Hekk ikun qed jagħmel il-parti tiegħu fil-pandemija”.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI