Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Ssellem Il-Memorja Ta' Steven Farrugia

Il-Komunità tal-Banda San Pietru ta’ Birżebbuġa tinsab fi stat ta’ niket hekk kif tilfet wieħed mill-membri l-aktar għeżież tagħha, Steven Farrugia. Steven kien figura attiva u dedikata fis-Soċjetà sa mill-bidu nett tat-twaqqif tagħha, u l-kontribut tiegħu baqa’ jinħass sa ftit qabel il-mewt tiegħu.

Sal-bieraħ stess, kien għadu jagħti sehem sħiħ fir-rappreżentazzjoni reliġjuża tal-Id Imdemmija. Matul is-snin, Steve serva bħala membru tal-Kumitat Eżekuttiv u f’diversi sotto-kumitati, fejn wera impenn, passjoni u mħabba lejn is-Soċjetà u dak kollu li jirrappreżenta. Is-Soċjetà esprimiet il-kondoljanzi sinċieri tagħha lill-familja tiegħu, lill-qraba u lill-ħbieb.

Il-memorja tiegħu tibqa’ ħajja fil-qalb ta’ dawk kollha li kellhom ix-xorti li jaħdmu miegħu.

Agħtih, Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Facebook / Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI