Is-Soċjetà Mużikali San Pawl Tiftaħ Bibien Ġodda Għal Talenti Żgħażagħ Fil-Qawra

Is-Soċjetà Mużikali San Pawl se tibda tuża proprjetà fil-Qawra bħala ċentru edukattiv għal-lezzjonijiet tal-mużika. Il-Gvern alloka din proprjetà għal 15-il sena, grazzi għal ftehim bejn l-Awtorità tal-Artijiet u din is-Soċjetà, li ġie ffirmat fil-każin f’San Pawl il-Baħar.

Din l-inizjattiva tfisser li aktar tfal u żgħażagħ tal-inħawi se jkunu jistgħu jitgħallmu strumenti mużikali u jiżviluppaw il-ħiliet artistiċi tagħhom f’ambjent sigur u sabiħ. Il-Ministru għall-Artijiet, Stefan Zrinzo Azzopardi kien preżenti għal din l-okkażjoni u faħħar dan il-pass bħala eżempju ċar ta’ kif il-proprjetà pubblika tista’ tinbidel f’ċentru ta’ opportunitajiet għal-lokal.





Il-President tas-Soċjetà Mużikali San Pawl, is-Sur Joseph Vella, wera l-apprezzament tiegħu għal dan il-ftehim u spjega kif dan se jkun pass importanti ferm biex din is-Soċjetà tkompli toffri taħriġ strutturat u professjonali fil-mużikali b’mod volontarju. Huwa spjega kif il-pass li jmiss issa huwa li din il-binja tgħaddi minn proċess ta’ rinnovazzjoni biex b’hekk, tkun tista’ tibda tintuża għal din l-attività.

Is-Soċjetà Mużikali San Pawl tmur lura għas-sena 1947 u barra is-sehem attiv tagħha fil-Parroċċa ta’ Marija Addolorata f’San Pawl il-Baħar, tipparteċipa ukoll f’diversi festi u attivitajiet lokali u anke barra.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI