Il-paġna ta’ Love Island Malta għadha kif ħabbret li minħabba li qed jiġru ħafna affarijiet fil-villa, l-episodju tas-Sibt li ssoltu jkun Unseen Bits, se jkun episodju normali minflok. Se jkollna iktar drama x’naraw!
Apparti minn hekk, għadhom kif żvelaw ukoll filmat qasir li jagħtina ħjiel ta’ x’se jiġri fil-villa llejla. Se jkollhom iżjed sfidi jaħarqu u filfatt waħda mill-mistoqsijiet tirrikjedi li tifel u tifla jneħħu l-mikrofonu u jaqbżu fil-pixxina biex jitbewwsu flimkien għal għaxar sekondi.
Fl-aħħar tal-episodju se tidħol lura fil-villa Giselle, u magħha se jidħlu wkoll il-ħames subien oriġinali, b’ħarsa serja fuq wiċċhom. Il-mistoqsija fuq fomm kull min se jkun qed isegwi dan l-episodju llejla bla dubju se tkun… ‘min baqa’ leali, u min sab l-imħabba ma’ persuna ġdida minflok?’
View this post on Instagram
Instagram / @loveisland_malta