Is-Surmast Lelio Spiteri, Surmast li huwa ammirat mill-Maltin u l-Għawdxin kollha għaliex għandu qalb kbira u jmexxi l-iskola bl-altruwiżmu u tbissima ħelwa fuq wiċċu, illum qed jiċċelebra għeluq sninu.
L-iskola magħrufa bħala Happy School, li hu jiġi s-Surmast tagħha, awguratlu f’din il-ġurnata speċjali u fuq il-paġna kitbulu messaġġ ta’ ringrazzjament.
Fuq il-paġna kitbulu, “Nawguraw mill-qalb lis-Surmast tal-ġenn tagħna, Lelio, li jmexxi b’eżempju permezz tal-għerf, jispirana b’passjoni u jagħtina l-kuraġġ permezz ta’ qalb tajba. Nawgurawlu kollha kemm aħna mill-qalb mill-Happy School.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu xewqat sbieħ fil-ġurnata ta’ għeluq sninu! Nisperaw li jirċievi dak kollu li tixtieq qalbu u jkollu sena mimlija hena u paċi!
Facebook / Lelio Spiteri u Gozo College Sir Arturo Mercieca Primary School Victoria – The Happy School