Ftit sigħat ilu nstab is-suspettat ewlieni fil-qtil tal-attivist Amerikan Charlie Kirk. Fid-dawl ta' dan qed tissemma l-possibbiltà li s-suspettat jingħata l-piena tal-mewt jekk jinstab ħati.
Dan hekk kif fl-istat ta' Utah li fih seħħ il-qtil, persuna li tiġi akkużata b'omiċidju tista' tingħata piena ta' din ix-xorta, għall-kuntrarju ta' stati oħrajn fl-Amerka.
Fuq il-midja soċjali qam dibattitu sħiħ dwar jekk il-moħħ wara dan il-qtil għandux jingħata l-piena tal-mewt jew le.
BREAKING:
— Globe Eye News (@GlobeEyeNews) September 12, 2025
22-year-old Utah resident Tyler Robinson has been taken into custody for the assassination of Charlie Kirk. pic.twitter.com/IqTulstuMH
Intom x'taħsbu?
X / Global Eye News u Pexels