Isalvaw Fekruna Fil-Ħin Wara Li Nstabet Maqbuda F'Borża Kbira

Ilbieraħ l-uffiċjali tal-konformità u l-infurzar tal-ERA salvaw fekruna fil-ħin waqt li kienu qegħdin xogħol fuq il-baħar. 

Il-fekruna, li ngħatat l-isem ta’ Gabrielle, nstabet maqbuda f’borża kbira u bdiet tbati biex tgħum. L-uffiċjali tal-ERA ħadu azzjoni immedjata u infurmaw lil Wildlife Rescue Team Malta.

Minnufih ġiet eżaminata minn veterinarju u bdiet tieħu l-kura necessarja sabiex ma titlifx waħda mill-flippers.

Dejjem infurmaw lill-ERA u lil Wildlife Rescue Team f’sitwazzjonijiet bħal dawn, għax ħafna drabi tkun meħtieġa kura addizzjonali wara li jitneħħew l-għoqiedi.

ERA jiktbu, “Dan l-episodju jfakkarna biex ma narmux skart fil-baħar għax jista’ jikkawża ħsara kbira lill-ħajja marina tagħna. Grazzi kbira lill-uffiċjali tagħna u ta’ Wildlife Rescue Team.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI