Timmaġina tqum u ssib uffiċjali tal-pulizija jfittxu fil-ġnien tiegħek? Hekk ġralu dan is-sinjur li jgħix fis-Swieqi. Il-pulizija qalulu li xi ħadd ra raġel jaqbeż il-grada li tagħti għall-ġnien tiegħu. Ir-raġel li tkellem mat-Times of Malta qal lill-istess pulizija li f’daru m’hemm ħadd, iżda sakemm il-pulizija qed ifittxu fid-dar tiegħu waqt li l-famija kienet rieqda jinnota li s-sufan mhux qiegħed eżatt f’postu.
“Ħarist warajh u rajt raġel mimdud fuq l-art wara s-sufan,” qal lis-sit. Jidher li l-ħalliel kien tassew kwiet għax anqas il-kelb tal-familja Archie ma nduna bih. Ir-raġel sa ftit ħin qabel qal lill-pulizija li għandhom żball għax hu kien ġewwa u ma kien hemm ħadd f’daru iżda dawn insistew li jftixxu xorta waħda minħabba li sabu borża b’xi flus u ġojjellerija viċin tieqa miftuħa li tagħti għall-kċina.
Hu qal lis-sit Times of Malta, “Alla jaf x’kien jiġri kieku l-pulizija ma għamlux xogħol daqshekk kbir. Probabbilment kont niġi l-isfel mal-kelb tiegħi li kien iħoss xi ħaġa u beda jinbaħ.”
Facebook / The Malta Police Force