Hilda Curmi, mart Joseph il-Puse, esprimiet is-sentimenti sbieħ li ħassew ftit ilu hekk kif binhom Joseph, ta kelma lill-maħbuba tiegħu u bdew il-vjaġġ tagħhom taż-żwieġ.
Hilda tikteb li fil-mument speċjali meta ltaqgħu l-għarajjes, ma tilfitx espressjoni waħda li kellu fuq wiċċu binha.
“Dak il-ħin ma stajtx ma naħsibx bejni u bejn ruħi, ‘Dan hu binna, it-tifel li rabbejna’. Sibt ruħi nġib quddiem għajnejja ħajtu, ħassejt sentimenti kbar ta’ kburija għar-raġel li sar.”
Hilda tkompli, “Issa kien quddiemna, jiżżewweġ lis-sieħba tiegħu, l-imħabba ta’ ħajtu.” Xerrdet ritratt emozzjonali u sentimentali immens tal-mument meta Joseph lemaħ lil martu dieħla fil-knisja.
Awguri minn qalbna!