“Issa Li Love Island Wasal Fi Tmiemu, Irrid Naqsam Magħkom Xi Ħsibijiet U Nispjega Ruħi” – Carmen Cardona Minn Love Island

Carmen mit-tielet staġun ta’ Love Island Malta qasmet xi ftit ħsibijiet dwar l-esperjenza tagħha fuq dan il-programm.

Hi kitbet, “Issa li Love Island wasal fi tmiemu, irrid naqsam magħkom xi ħsibijiet u nispjega ruħi… ħassejt li ħafna persuni ma fehmux x’kien qed jiġri. AJ u jien qatt ma konna f’relazzjoni, minkejja dak kollu li kien qed jingħad fil-villa. Iva konna nafu lil xulxin u qatt ma ħbejna dan imma dħalna biex nesploraw konnessjonijiet ma’ ħaddieħor. Dik kienet l-intenzjoni ġenwina tagħna, ma ridna nweġġgħu lil ħadd.”

Kompliet tgħid, “Meta tlifna l-fiduċja ta’ kulħadd, kellna biss lil xulxin. Veru li kien ta’ vantaġġ għalina li konna nafu lil xulxin barra l-villa, imma mhux aħna biss dħalna bil-konnessjonijiet għax ħafna islanders oħrajn kienu jafu lil xulxin barra. Ma jiddispjaċinix li l-affarijiet ġraw kif ġraw għax jien u AJ sibna lil xulxin b’mod differenti minn kif konna fuq barra, anke meta kulħadd dar kontrina u beda jitkellem minn wara dahrna. Kellna nsiru nafu ċertu affarijiet mill-programm.”

Hi spjegat li mid-dar ma tarax kull ma jiġri fil-villa u hi ħadet id-deċiżjonijiet li ħadet skont dak li rat jiġri fil-villa.

Żiedet tgħid, “Ilbieraħ filgħaxija wara l-finali, ġejt ikkonfrontata b’mod aggressiv minn membru tal-familja ta’ xi ħadd mill-kontestanti li kien tilef. Kont ixxukkjatha bin-nuqqas ta’ rispett li ntwera’… Minkejja dan, jien nirrispetta l-kontestanti kollha li ħadu sehem għax kellhom ħafna kuraġġ, iżda permezz ta’ dan l-inċident fhimt għaliex ħafna Maltin ma japplikawx.”

 

 





 

Facebook / Carmen Cardona u Love Island Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI