L-Aġenzija Identità, b’kollaborazzjoni ma’ Servizz.gov, qed toffri servizz aktar sigur u effiċjenti għal min se jkun qed iġedded jew jagħmel l-ewwel Karta tal-Identità tiegħu.
Dan wara li tħabbar servizz ġdid fejn permezz tiegħu, kull min se jkun qed iġedded il-Karta tal-Identità tiegħu jew japplika għal waħda ġdida se jkollu l-għażla li jiġborha mill-eqreb hub ta’ Servizz.gov
Wara li applikant Malti japplika għall-Karta tal-Identità ġdida, se jkun qed jiġi infurmat minn liema hub ta’ Servizz.gov se jkun jista’ jiġbor id-dokument kif jitlesta.
B’kollox Servizz.gov għandu 22 hub mifruxin ma’ Malta u permezz ta’ din il-kollaborazzjoni ċ-ċittadini Maltin se jkunu jistgħu jinqdew b’mod sigur u effiċjenti fil-komunità.
Importanti li meta persuna tkun sejra tiġbor il-Karta tal-Identità l-ġdida, tippreżenta l-Karta tal-Identità l-antika, Form ID9 jew ID5, skont il-każ.
