Issir Soru Omm Ta’ Erba’ Sorijiet U Qassis

Riċentament, armla u omm ta’ erba’ sorijiet u qassis iddeċidiet li tkompli ħajjitha bħala soru. Suor Maria Zhang Yue Chun tgħammdet fl-2007 flimkien ma’ erbgħa minn uliedha li lkoll daħlu qassisin. Ftit warajhom tgħammed ukoll żewġha flimkien ma’ binhom, li sar saċerdot. Dik is-sena stess żewġha ħalla din id-dinja.

Qalet li sa minn meta romlot bdiet tħoss is-sejħa li ssir soru, iżda fiċ-Ċina s-sorijiet Agustinjani ma kellhomx komunita kif xtaqet hi. B’hekk emigrat lejn Spanja fejn ingħaqdet ma’ waħda minn uliedha li tagħmel parti mis-sorijiet Agustinjani. Għalkemm għandha diffikultajiet minħabba l-lingwa, ġiet deskritta bħala mara li qatt ma gergret u jarawha kuljum bi tbissima.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI