It-Temp Illum – Temperatura Ta’ 33°C U Temp Fil-Biċċa L-Kbira Xemxi

It-temp illum mistenni jkun fil-biċċa l-kbira xemxi, għalkemm aktar tard matul il-ġurnata jaf jidher xi ftit aktar sħab u t-temp isir kemxejn imċajpar.

Skont l-aħħar aġġornament ippubblikat minn Mid-Djarju tat-Timba, it-temperatura massima mistennija tilħaq it-33°C, filwaqt li l-inqas temperatura tkun ta’ madwar 26°C. It-temperatura tal-baħar hi ta' 29°C, għal dawk li qed jippjanaw li jqattgħu ftit ħin ħdejn il-baħar f’dawn il-jiem sħan tas-sajf.

Dalgħodu, l-umdità kienet irreġistrata għal 78%. Ir-riħ mistenni jkun ħafif sa moderat mill-Majjistral, iżda aktar tard jilgħab lejn il-Lbiċ u jsir moderat. Matul il-lejl it-temp mistenni jkun ċar, hekk kif tkompli magħna atmosfera tipikament sajfija b’temperaturi pjuttost għoljin.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI