Ilbieraħ kellna avviż rigward dak li hu mistenni mit-temp fil-jiem li ġejjin. Mid-dehra ħa jkun hemm żieda fit-temperatura fil-gżejjer Maltin.
“Pressjoni għolja ser tibda tintensifika fiċ-ċentru tal-Mediterran u fl- Ewropa. Din ser iġġib temp stabbli u inqas riħ. Ukoll temperatura tibda tiela ‘ u nhar Tnejn li ġej titla sa 27°C. Kollox jindika li Mejju ser jispiċċa bdin il-pressjoni għolja u li tfisser ħafna għal Ġunju,” kitbet il-paġna L-Aġġornament tat-temp.
Tard ilbieraħ filgħaxija ġie ppubblikat aġġornament ieħor mill-paġna It-Temp Madwarna fejn infurmat lill-pubbliku li ħa jkun hemm żieda fit-temperaturi.
“Bejn illum u t-Tnejn 25/5, it-temperatura massima mistennija li tiżdied bi grad kuljum,” tikteb il-paġna. Ħerqana għat-temp sajfi?