Il-paġna lokali It-Temp Madwarna tikkummenta fuq it-temperatura f’pajjiżna, u l-bidla enormi li seħħet fi ftit jiem. Huma jiktbu, “It-temperatura massima tal-bieraħ it-Tnejn 28/7 kienet 28.4°C, jew 11.7°C #anqas mill-Ġimgħa 25/7! Illum, it-Tlieta 29/7 mistennija temperatura massima simili, li jiġu 4°C taħt in-normal għal dan iż-żmien tas-sena!”
Huma jżidu, “L-aħħar darba li t-temperatura massima ma laħqitx almenu 30°C kien fl-20 ta’ Ġunju 2025. Dakinhar niżlet anke xi xita f’xi nħawi lokalizzati, filwaqt li l-aħħar darba li kellna temperaturi daqshekk friski kien fl-4 ta’ Ġunju (jew 55 jum ilu).”
Il-paġna ttemm tgħid, “It-temperaturi mistennija li jibqgħu taħt jew mal-medja staġjonali sal-festa ta’ San Lawrenz (l-10 t’Awwissu). Dan meta bħalissa ninsabu fl-eqqel parti tas-sajf!”