It-Temperaturi Lura Għal 30°C Iktar Tard Dil-Ġimgħa – Ġieli Kellna Ottubru Bħal Dan?

Illum kellna temp pjuttost mirjieħ, u fil-fatt dalgħodu sar avviż minħabba r-riħ qawwi.  It-temperatura wkoll inħasset daqsxejn iktar friska, iżda t-tama li rabbew dawk li jħobbu r-riħ u l-frisk, ser tisfaxxa fix-xejn!

Il-paġna ta’ Facebook, It-Temp Madwarna, ħabbret illi iżjed tard din il-ġimgħa it-temperaturi massimi mistennija jitilgħu lura għal 30°C, u t-temp sħun se jippersisti! 

Uħud stqarru li qatt f’ħajjithom ma esperjenzaw Ottubru bħal dan.  Kemm ħa ndumu iktar b’din is-sħana?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI