It-Tfal Ġewwa R-Rainbow Ward Din Il-Ġimgħa Kellhom Xalata Ta' Attivitajiet Xi Jsegwu – X'Ġara Eżatt?

Għaxar snin ilu bdiet ħolma. Għaxar snin ilu beda l-festival Żigużag, festival immirat għat-tfal u l-addoloxxenti iżda fl-istess ħin festival bi produzzjonijiet li anke l-adulti ħa jieħdu gost isegwu. Din is-sena it-tim ta' ŻiguŻajg kellu f'moħħu ċelebrazzjoni kbira iżda minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti, kellu jara kif ħa jadatta u jtella' dan il-festival xorta waħda.

Wara ħidma ta' għexiren ta' artisti, il-ġimgħa tant mistennija minn bosta waslet u din is-sena xorta speċjali, dan għaliex il-produzzjonijiet li tara tista' terġa' tarahom mill-kumdità ta' darek stess. Tarahom int u l-familja tiegħek. Jekk qed timmissja t-teatru jew forsi tixtieq produzzjoni ta' kwalità sabiex it-tfal jgħaddu ftit ħin jirrilassaw, mela issa ċ-ċans li taqgħtu l-biljetti tagħkom għal dan il-festival billi tidħlu HAWN.

Minħabba s-sitwazzjoni kif inhi bħalissa, din is-sena ŻiguŻajg seta' jilħaq ukoll lil hinn minn Spazju Kreattiv, lil hinn mit-teatru fiżiku, lil hinn minn dak li aħna mdorrijin bih issoltu. Irnexxielu jilħaq diversi tfal li għal diversi raġunijiet, inkluż dawk ta' saħħa ma jkunux jistgħu jżuru t-teatru u jesperjenzaw il-maġija li jġibu ċertu produzzjonijiet. Produzzjonijiet edukattivi, informattivi u spettakolari maħduma apposta għalihom.

It-tim ta' ŻiguŻajg ingħaqad ma' Puttinu Cares, sabiex it-tfal kollha li bħalissa jinsabu fir-Rainbow Ward jirċievu aċċess b'xejn, aċċess bla ħlas biex dawn it-tfal ikollhom ftit jiem ta' tgawdija. Ftit jiem ta' divertiment. Ikollohom iċ-ċans li jidħlu f'dinja oħra permezz ta' diversi produzzjoniet; iċ-ċans li jidħlu f'dinja mingħajr l-inkwiet, l-uġigħ u forsi l-qtigħ ta' qalb li għaddejjin minnu.

Dawn it-tfal għal dawn il-ġranet ħa jkollhom aċċess sabiex jaraw dawn il-produzzjonijiet. It-tim jgħid, "Nisperaw li kull wirja speċjali tagħna tagħmel il-ġranet twal tagħhom ftit isbaħ." Aħna ta' Gwida.mt ninsabu pożittivi li bil-wirjiet varji li t-tim għandu żgur li ħalla impatt pożittiv fost dawk il-pazjenti ċkejkin li bħalissa jinsabu wkoll 'il bogħod minn dawk l-għeżież tagħhom u qed jaffaċċjaw sfidi kbar.



ŻiguŻajg ikomplu jgħidu, "Din is-sena l-affarijiet vera differenti, u l-festival hu ferm aktar differenti minn kwalunkwe edizzjoni li ġiet qabel, imma grazzi għal fatt li sar b'mod diġitali rnexxielna negħlbu l-ostakli ta' aċċessibbiltà li qatt qabel ma ħsibna li huma possibbli, billi nkunu nistgħu nivvjaġġaw lejn udjenzi li ma kinux ikunu jistgħu jivvjaġġaw lejna mod ieħor."

Għal aktar informazzjoni dwar ŻiguŻajg tista' żżur is-sit tagħhom HAWN jew inkella il-paġna tagħhom ta' Facebook HAWN. Dawk li jixtiequ jaqgħtu l-biljetti għal xi produzzjoni idhol HAWN

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI