L-ippjanar tat-tieġ tiegħek għandu jkun pjaċevoli u mingħajr stress, eżatt kif tixtieq li jkun il-jum speċjali tiegħek. Ġo Veranda, Elia Caterers joffru ambjent perfett għal tieġ intimu. Tieġ li jista’ jkollu sa 150 mistieden, fejn kull mument ikun mimli eleganza u memorji li jibqgħu għal dejjem.
Is-Sibt, 15 ta’ Marzu 2025, bejn il-11:00 u s-19:00, se jkun hemm Open Day fejn ser ikollok l-opportunità tiskopri s-sbuħija tal-post, tiltaqa’ mat-tim iddedikat tagħhom, u tesplora wkoll il-pakketti li qed joffru għat-tiġien li jinkludu l-post, il-catering u open bar – kollox f’pakkett uniku.

Għaliex għandek tagħżel Veranda?
Ambjent Eleganti ddisinjat għal tieġ intimu. Jekk tixtieq tieġ romantiku, klassiku jew modern, Veranda toffri ambjent komdu u raffinat, ideali għal tieġ sa 150 mistieden, fejn kull dettall ikun personalizzat u speċjali.
Post li jirrifletti l-istil uniku tiegħek
Nemmu li t-tieġ tiegħek għandu jkun riflessjoni tal-personalità tiegħek. Veranda tipprovdi spazju versatili li jista’ jiżżejjen skont it-tema u d-dekor li tixtieq. Minn eleganza minimalista sa ambjenti maġiku, kollox hu possibbli.
Pakketti kompluti
Sabiex jagħmlu l-esperjenza tiegħek kemm jista’ jkun sempliċi, Elia qeghdin joffru pakketti li jinkludu:
- Kiri tal-post
- Catering skont il-gosti tiegħek
- Open bar b’selezzjoni mill-aqwa
- Kulma trid tagħmel hu li tgawdi l-jum!
Tim dedikat biex jagħmel Il-jum tiegħek uniku
Kemm jekk qed tippjana tieġ żgħir jew kbir, it-tim tagħna dedikat u b’esperjenza se jkun hemm magħkom mill-bidu sat-tmiem, sabiex il-ġurnata tkun perfetta u memorabbli. Aħna nafu kemm dan il-jum hu importanti għalik u nagħmlu minn kollox biex il-ħolma tiegħek issir realtà. Minn l-ewwel konsultazzjoni sal-aħħar nett taż-żfin, it-tim espert tagħhom se jkunu miegħek f’kull pass biex tiżgura li l-jum ikun perfett, bla stress, u tassew memorabbli.

Spazji kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa
Gawdi żewġ ambjenti differenti f’post wieħed – terrazzin żgħir fuq barra għal dik it-taħlita xenarju romantiku u spazju fuq ġewwa bl-arja kondizzjonata biex ilkoll ikunu komdi tul ić-ċelabrazzjoni.
Parking privat u konvenjenti
M’hemmx għalfejn tinkwieta dwar il-loġistika! Il-Veranda toffri parking privat, għal esperjenza rilassata kemm għalik kif ukoll għall-mistednin.
Kċina moderna għal ikel frisk u mill-aqwa
Bi kćina fuq il-post mgħammra bl-aħħar teknoloġija, l-ikliet tagħna jkunu dejjem friski u ta’ kwalità għolja, biex kull gidma tkun delizzjuża u memorabbli.
Ibbukkja l-Konsultazzjoni Tiegħek B’Xejn! Matul l-Open Day, il-koordinaturi esperti tagħhom se jkunu disponibbli għal konsultazzjonijiet individwali biex jifhmu l-viżjoni tiegħek u jiggwidawk lejn il-pakkett perfett għalik. Il-postijiet huma limitati – assigura l-post tiegħek illum billi tidħlu HAWN. Jekk tixtieq tara tour tal-post minn kull angolu agħfas HAWN.
- Data: Is-Sibt, 15 ta’ Marzu 2025
- Ħin: 11:00 AM – 7:00 PM
- Post: Veranda
Oħloq tieġ mill-isbaħ, eleganti u uniku, skont il-ħolma tiegħek! Dejjem ma’ Elia Caterers.