"It-Tieni Bejta Tal-2025 Instabet Fil-Bajja Tal-Għadira!… Grazzi Lill-Voluntiera Tan-Nature Trust Li Sabu L-Bejta U Ħadu Azzjoni." – ERA

L-istaġun tal-fkieren f’Malta beda uffiċjalment nhar it-Tnejn, 9 ta’ Ġunju, meta nstabet l-ewwel bejta fil-Bajja ta’ Ġnejna.

Il-bejta tal-fkieren ġiet osservata mid-diviżjoni tat-Tindif waqt xogħlijiet fuq il-bajja. Malli nstabet din ġiet irrappurtata lil Nature Trust Malta (NTM-FEE), li hija sponsorjata mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) biex twettaq salvataġġ u riabilitazzjoni madwar il-gżejjer Maltin.

Dalgħodu ERA ħabbru fuq il-paġna ta’ Facebook li nstabet it-tieni bejta għas-sena 2025. 

“It-tieni bejta tal-2025 instabet fil-Bajja tal-Għadira! Wara li daħal rapport ta’ bejta ġdida, l-ERA u Nature Trust – FEE Malta marru immedjatament fuq il-post biex jipproteġu ż-żona. Grazzi lill-voluntiera tan-nature trust li sabu l-bejta u ħadu azzjoni.”

Dawn huma d-dettalji fejn għandek tagħmel kuntatt f’każ li tara xi speċi jew bejta oħra. B’dan il-mod ikun hemm il-protezzjoni li hemm bżonn.



  • ERA2292 3500
  • Nature Trust Malta:9999 9505





Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI