“It-Tifel Ħelu U Ġentili Li Dejjem Lest Jagħmel Ħbieb Ġodda U Japprezza Lil Dawk Li Diġà Għandu.” – Ira Losco Lil Binha Harry F’Għeluq Sninu

Illum jiċċelebra għeluq sninu Harry, it-tifel ta’ Ira u Sean. F’dan il-jum Ira taqsam ritratt ma’ Harry flimkien ma’ messaġġ mill-qalb. Hi tikteb, “Għażiż Harry, għal ħafna iktar snin ta’ inti tkun int. It-tifel ħelu u ġentili li dejjem lest jagħmel ħbieb ġodda u japprezza lil dawk li diġà għandu.”

Hi tkompli, “Għal ħafna iktar snin ta’ inti titgħallem dwar id-dinja u kollox fiha, għax għandek ix-xewqa għall-għarfien ta’ kull xorta u dejjem tkun eċċitat li tieħu esperjenza ġdida minn kull ħaġa.”

Ira żżid, “9 snin ilu għamiltni omm għall-ewwel darba. Għadek tħallini nżommok u nbussek. Nittama li tħallini nagħmel hekk għal ħafna ħafna snin oħra. Ibqa’ tbissem u aqsam il-pożittività kull fejn tmur. Aħna nħobbuk immens.”

Awguri f’isem it-tim ta’ Gwida Harry. Nittamaw li jkollok ħafna saħħa, imħabba u avventura ġodda!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI