Il-paġna Malta Darts Association illum ħabbret li t-tim Malti sejjer għall-kompetizzjoni internazzjonali prestiġjuża fl-Awstrija.
Huma spjegaw, “It-tim Malta sejjer l-Awstrija għall-kompetizzjoni internazzjonali taż-żgħażagħ! Dan se jkun żmien eċitanti ħafna! Iż-żgħażagħ Maltin tagħna għandhom ħafna talent u se jikkompetu fil-kompetizzjoni internazzjonali taż-żgħażagħ fl-Austria. Aħna lesti biex nuru t-talent, passjoni, u spirtu tagħna b’mod internazzjonali! Nawguraw lit-tim tagħna r-riżq it-tajjeb – morru hemm barra u għamluna kburin!”
Komplew jiktbu li iżjed ‘il quddiem se jagħtuna iktar avviżi ta’ kif sejrin f’dan il-vjaġġ inkredibbli.
Is-subien ta’ talent kbir li se jitilgħu jisimhom Thomas Sammut, Matti Satariano, Kyle Satariano, Aiden Micallef, Riyaz Bonello, u Jack Xerri. Kuraġġ! Aħna kburin ħafna bikom u nafu li se tagħmlu ħiliitkom kollha biex iġġibu riżultati eċċellenti!
Facebook / Malta Darts Association