“It-Tobba Qalulna Mard Ma Kellu Xejn. Infatti T-Tobba Stess Talbuna L-Organi Tiegħu” – Paul, Missier Roderick Sciortino

Paul, missier Roderick Sciortino, ġie intervistat fuq Times of Malta fejn spjega li minkejja li qed jingħad li ibnu kellu tumur, dan mhuwiex minnu.

Hu spjega, “Ilbieraħ qabel ma ntfew il-magni tat-tifel, ta’ Roderick, daħħluna ġo kamra t-tobba ħa jispjegawlna x’ġara u ma ġarax, għax dan sarulu żewġ testijiet. Wieħed ħareġ li kellu xi daqqa ġo rasu iva, u t-tieni wieħed ħareġ li m’hemmx… kif taqbad tgħidha?… Li m’hemmx fejqan għalih li jerġa’ jiġi, li riedu jintfew il-magni. Apparti minn hekk, it-tobba qalulna mard ma kellu xejn. Infatti t-tobba stess talbuna l-organi tiegħu biex forsi jsalvaw ħajja ta’ persuna oħra.”

Żied jgħid, “Bl-ilsien kulħadd jgħid li jrid. Issa bħal ma jgħid il-Malti, il-mejjet mal-mejjet, il-ħaj mal-ħaj. Imma għall-mejjet, għal ibni, hemm jien, ommu, ħutu, qraba tiegħu, ħa naqbżu għalih aħna biex min qal dan il-kliem, noħorġu l-verità minnu.”

Jistrieħ fis-sliem u l-paċi. Kondoljanzi lill-familjari u ħbieb tiegħu.





Facebook / Times of Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI