Fuq il-paġna Maltese Roads Traffic Updates ippubblikaw post dwar traffiku li qed jiġi rrappurtat fi Triq Reġjonali. Jidher li kien hemm aċċident.
“It-traffiku twil għadu rrappurtat fi Triq Reġjonali direzzjoni lejn il-Marsa, minħabba dan l-aċċident,” tikteb il-paġna. Huma xerrdu anke ritratt li juri żewġ vetturi involuti fil-ħabta, u jiktbu li dan ġara llum għall-ħabta tat-15:20.
Segwu l-paġna għal aktar aġġornamenti.
