L-atleta lokali Neil Agius, li kontinwament jimpressjona bid-determinazzjoni tiegħu f’dak li jagħmel, qasam ħsieb dwar it-taħriġ mentali u fiżiku li jrid isir biex ikun trankwil.
“It-trankwillità ma kinitx xi ħaġa mill-bidu nett. Kienet xi ħaġa li bnejt, ħafna qabel ma xi ħadd kien qed jarani. 142km. Tlett ijiem. Bla rqad. Bla kuntatt uman għal 61 siegħa. In-nies jistaqsu kif tipprepara għal xi ħaġa bħal dik mentalment.”
Iwieġeb li l-importanti hu li titħarreġ mentalment kif iżżomm iffukat fl-aktar mumenti diffiċli.
F’Settembru tal-2024, l-atleta Malti Neil stabbilixxa rekord dinji uffiċjali għall-itwal għawma fl-oċean mingħajr assistenza u newtrali għall-kurrenti. Distanza ta’ 142.3 kilometru (88.4 mil), li tlestiet f’60 siegħa, 35 minuta u 4 sekondi.
Dan jagħmel ir-rekord tiegħu mhux biss wieħed ta’ reżistenza fiżika, iżda wkoll ta’ saħħa mentali u determinazzjoni kbira.
Din il-kisba poġġiet lil Malta fuq il-mappa internazzjonali tal-isport ta’ reżistenza.
Facebook/ Neil Agius