“Itlob L-Għajnuna”: Ivan Grech Iħeġġeġ Lil Min Għaddej minn Żmien Diffiċli Biex Jitkellem

Il-kantant Malti, Ivan Grech, qasam messaġġ sinċier u mimli tama ma’ dawk kollha li għaddejjin minn żmien diffiċli, filwaqt li ppubblika wkoll filmat tal-kanzunetta Picture on the Wall, li huwa stess interpreta.

F’messaġġ li jmiss il-qalb, Ivan ifakkar li m’hemm l-ebda mistħija li titlob għall-għajnuna, u li tagħmel dan mhuwiex sinjal ta’ dgħufija, iżda ta’ kuraġġ u saħħa.

Huwa jirrikonoxxi li ħafna nies jgħaddu minn mumenti fejn iħossuhom miksura, u jenfasizza kemm l-imħabba u l-kura ta’ dawk ta’ madwarna jistgħu jgħinuna nerġgħu niġu fuq saqajna biex inkomplu mexjin ’il quddiem.

Ivan jappella wkoll biex ma nibżgħux niftħu qalbna u nitkellmu, għax kultant pass żgħir biss jista’ jkun il-bidu ta’ triq ġdida. “Tkellem, iftaħ qalbek, saqsi għall-għajnuna” huwa l-messaġġ ċar tiegħu.

Jekk inti jew xi ħadd qrib tiegħek għaddej minn żmien diffiċli, ftakar li m’intix waħdek. Xi ħadd jista’ jkun lest jisma’ u jifhem.

Ritratti:

Facebook/Ivan Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI